Sport Sport Ieħor

Il-ħames darbiet rebbieħa Olimpika Missy Franklin tirtira fl-età ta’ 23 sena

L-għawwiema Amerikana Missy Franklin ħabbret li rtirat fl-età ta’ 23 biex ġabet fi tmiemha karriera ta’ suċċess li fiha rebħet ħames midalji tad-deheb fl-Olimpjadi.

Hi kienet waħda minn dawk li spikkaw fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012. Fl-età żagħżugħa ta’ 17-il sena hi rebħet il-100 metru u 200 metru backstroke, b’tal-aħħar ikun rekord tad-dinja. Hi kienet ukoll parti minn żewġ rebħiet tal-Istati Uniti fir-relay.

Franklin kienet mistennija li tiddomina l-pixxina bl-istess mod li ddomina l-kompatrijott Michael Phelps meta saret l-ewwel Amerikana li rebħet erba’ midalji tad-deheb fl-Olimpjadi. Din il-previżjoni dehret li se sseħħ realtà fil-Kampjonat tad-Dinja tal-2013 fejn rebħet sitt midalji tad-deheb. Iżda l-kundizzjonijiet fiżiċi wasslu biex kisbet biss midalja tad-deheb fl-aħħar Olimpjadi.

Hi qatt ma tejbet il-ħinijiet personali minn Londra iżda għamlitha mat-tim Amerikan għall-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016 fejn kisbet midalja oħra tad-deheb fir-relay. “Din hi probabbli l-itqal ittra li qatt kelli nikteb. Illum, inħabbar li se nirtira mill-għawm kompetittiv,” qalet Franklin fuq twitter.

Tags