Il-Kap tal-Partit Partit Nazzjonalista Adrian Delia l-Erbgħa żar il-Belt Valletta fejn kellu l-opportunità jiltaqa’ ma’ diversi persuni li matul dawn il-jiem qed jagħmlu l-aħħar preparamenti għall-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
Akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, membri parlamentari Ewropej u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew, hu ltaqa’ ma’ nies minn kull qasam tas-soċjetà, minn tfal sa anzjani u ħaddiema.
Adrian Delia ltaqa’ ma’ diversi sidien ta’ stabbilimenti f’diversi nħawi tal-Belt Valletta fejn kellu ċ-ċans jisma’ mingħandhom dwar l-opportunitajiet u l-isfidi li jaffaċċjaw fil-ħidma tagħhom.
Matul iż-żjara tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ħa l-opportunità jiltaqa’ ma’ wħud mill-uffiċjali ta’ Transport Malta, li f’dawn il-jiem ta’ festi jinsabu fid-daħla tal-Belt Valletta. Dan bħala parti minn kampanja ta’ għarfien biex wieħed ma’ jsuqx jekk ikun se jixrob. Filfatt qed jitqassmu wkoll breathalisers li wieħed jista’ jagħmel użu minnhom hu stess biex jara l-livell ta’ alkoħol tiegħu.
Adrian Delia żar ukoll fiera ta’ artiġjanat fi Pjazza San Ġorġ, fejn diversi persuni qed jesebixxu x-xogħol tal-idejn u tradizzjonali Malti – mill-għasel lokali sa krafts fost oħrajn.
//= $special ?>