Lokali

Jagħtu rigal lit-tifla li sselmilhom ta’ kuljum

Żewġ uffiċjali tal-Pulizija dalgħodu spikkaw għal ġest mill-isbaħ, meta kienu ppreparati b’rigal f’idejhom għal tifla li ta’ kull għodwa sselmilhom.

L-uffiċjali, li jidderieġu t-traffiku madwar ir-roundabout tax-Xintill, f’Santa Luċija ta’ kuljum jiggustaw lit-tifla li malli tarahom isselmilhom.

Kien għalhekk li dalgħodu ddeċidew li jippremjawha b’rigal.