Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu msejjħa r-Rabat tard ilbieraħ bil-lejl wara inċident ikrah illi seħħ fi Triq Nikola Sawra. Dan hekk kif tfajla ta’ 29 sena tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u baqgħet dieħla fil-faċċata ta’ dar privata.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:15pm u fil-post mal-ewwel wasal tim mediku b’ambulanza sabiex jassisti lis-sewwieqa. Fortunatament, hi kellha biss ġrieħi ħfief.
Il-mara kienet qed issuq karozza tal-għamla Toyota.
//= $special ?>