Lokali

L-ebda talba dwar l-investigazzjoni tas-17 Black

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali fil-Latvja u l-Ministru tal-Ġustizzja għadhom ma rċevew l-ebda talba għal assistenza mill-Pulizija Maltija dwar il-kumpannija 17 Black.

Skont ir-Reuters… rapport minn kumpannija mis-Seychelles, b’kont bankarju fil-Latvia Mayor Trans Limited, juri kif intbagħat pagament ta’ $1.5 miljun għal pariri finanzjarji mingħand is-17 Black.

17 Black hi mniżżla bħala l-“Klijent Prinċipali” jew dak li “tħallas jew li tibgħat il-flus” lill-kumpanniji Tillgate u Hearnville, il-kumpanniji Panamanjani offshore proprjetà taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Joseph Muscat Keith Schembri u l-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi. Dan johrog minn emails miksuba mill-gazzetta Ġermaniża Süddeutsche Zeitung, u li kienu ppubblikati wkoll minn The Daphne Project.

17 Black hi mniżżla bħala l-“Klijent Prinċipali” jew dak li “tħallas jew li tibgħat il-flus” lill-kumpanniji Tillgate u Hearnville.

Bħala reazzjoni għal dawn l-aħbarijiet, Schembri dak iż-żmien kien qal li is-17 Black qatt ma saru klijenti tal-grupp tan-negozju tiegħu. Minn naha tieghu Konrad Mizzi kien qal li ma kien hemm ebda rabta, diretta, bejnu, il-kumpanija jew nies tal-fiduċja tiegħu, b’referenza għal kwalunkwe entità li ġġib l-isem ta’ 17 Black.

Dan l-aħħar ġie rrappurtat li Yorgen Fenech, li huwa direttur fil-konsorzju Electrogas, huwa s-sid ta’ 17 Black – fatti li kixfu r-rabta bejn il-power station tal-gass u l-kumpanniji sigrieti ta’ Mizzi u Schembri.

Din il-ġimgħa, ġurnalisti provaw jieħdu r-reazzjoni anke ta’ Nexia BT dwar din is-saga kollha, iżda Karl Cini ħarab id-domandi kollha li sarulu rigward 17 Black.