Il-proġett li tant ilu jiftaħar bih il-Prim Ministru, l-iskola Medika ta’ Barts, infetaħ sentejn wara li suppost.
L-Erbgħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat akkumpanjat mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, telgħu Għawdex biex jinawguraw dan il-proġett u jipproġettawh daqs li kieku qed jinawguraw xi struttura ġdida.
Tant hu hekk li uffiċjali ta’ Barts pprovaw jqarrqu billi qalu li s-sit fejn tinsab din il-binja sa snin ilu kien biss ħofra. Iżda dan mhux minnu għax il-binja mhix waħda ġdida iżda kienet tintuża bħala ċentru għat-tfal.
Dan iċ-ċentru issa ttieħed lill-Għawdxin biex minflok tingħata lill-privat u tintuża bħala skola minn Barts.
Il-ħofra li saret referenza għaliha tinsab fuq in-naħa l-oħra fejn suppost qed topera l-parti l-ġdida tal-isptar t’Għawdex iżda ix-xogħol ta’ kostruzzjoni għadu għaddej.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat oriġinarjament kien wiegħed 300 student sal-ħames sena mill-bidu tal-proġett. Illum kellu jammetti li falliet din il-wegħda wkoll hekk kif l-ammont hu biss ta’ 59.
//= $special ?>

