Il-Kummissjoni Ewropea qalet li bdiet timplimenta t-thejjijiet għall-eventwalita li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim minn qabel.
Il-Kummissjoni ħabbret miżuri temporanji biex tipprova tilqa’ għall-konsegwenzi li jista’ jkun hemm imma wissiet li ma tistgħax tilqa’ għall-problemi kollha li jista’ jkun hemm. Dan hekk kif kollox qed jindika li l-Parlament f’Londra mhux se japprova l-ftehim li l-Prim Ministru Theresa May għamlet mal-Unjoni Ewropea għall-Brexit.
Valdis Dombrovskis, il-Kummissarju nkarigat mill-Istabbilita Finanzjarja u l-Ewro, qal li pjan biex tkun limitata l-ħsara kien neċessarju minħabba l-inċertezza li għadd hemm fir-Renju Unit.
Il-Kummissjoni ħabbret 14-il miżura bit-tir li l-affarijiet ikomplu bla intoppi. Dawn jindirizzaw tmien setturi bħat-trasport u dwana, id-data protection, is-saħħa tal-annimali u pjanti, il-polituika dwar il-klima u prodotti finanzjarji ewlenin.
Il-Kummissjoni wkoll ħeġġet il-bqija tas-27 membru tal-Unjonji Ewropea biex ikollhom aġir “ġeneruż” rigward id-drittijiet ta’ residenza taċ-ċittadini mir-Renju Unit jekk ikun hemm Brexit mingħajr ftehim. Dan sakemm l-awtoritajiet fir-Renju Unit jagħmlu l-istess.
Il-Kummissjoni insistit li dawn ma kienux fuq l-istess livell ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea jew dak li kien offrut fil-perjodu ta’ transiszzjoni fil-ftehim li May laħqet mal-Kummissjoni u li dwar għadd irid isir il-vot fil-Parlament Ingliż.
Sorsi qalu li dawn il-miżuri kienu tfasslu f’vantaġġ ta’ Brussel u biex jipproteġu lill-pajjiżi membri mill-aspetti diżastrużi li jista’ jkun hemm minn Brexit mingħahjr ftehim.
//= $special ?>

