“Biex xi ħadd li żbalja jerfa’ r-reponsabbiltà politika u jirriżenja, m’għandekx bżonn ir-riformi kostituzzjonali.”
Iddikjara dan l-avukat Franco Debono, li waqt il-programm Net Live kien qed jirreaġixxi għar-rapport tal-Kummissjoni Venezja – rapport li nnota diversi nuqqasijiet f’pajjiżna u li hu kundanna ghall-Gvern Laburista.
“Ma tistax tagħmel riforma kostituzzjonali mingħajr l-irfiegħ tar-responsabbiltà politika, u l-irfiegħ tar-responsabbiltà politika tista’ tagħmlu mingħajr riforma kostituzzjonali. M’għandekx għalfejn tibdel liġijiet. Biex xi ħadd li żbalja jerfa’ r-responsabbiltà politika, fejn għandek fatti, m’għandekx għalfejn riformi,” iddikjara l-avukat Debono.
Hu nnota li hemm diversi kwistjonijiet li semmiet il-Kummissjoni Venezja, li misshom ilhom li ddaħħlu fis-seħħ. “Dawn huma bidliet li messhom ilom li saru. Mhux bħala reazzjoni, issa, għax bħal qegħdin darna mal-ħajt.”
L-avukat Debono qal li b’mod pajjiżna għandu jaddotta żewġ punti kardinali li ġew minsija mill-Venice Commission; li l-maġistrati inkwirenti jkunu speċjalizzati, kif ukoll it-tisħiħ tas-servizzi tas-sigurtà.
“Meta għandek allegazzjonijiet serjissimi ta’ korruzzjoni is-secret service f’pajjiż normali, jiġbed l-intelligence. Meta int għandek secret service bħalissa li qed jitmexxa minn min suppost qed jinvestiga,” stqarr Debono.
Innota fost oħrajn kif il-Prim Ministru jew il-Ministru tal-Intern f’pajjiżna tant għandhom saħħa, li jkunu huma stess li jagħżlu meta u ta’ min ikunu interċettati l-mezzi ta’ komunikazzjoni. “Qed ngħixu f’sitwazzjoni fejn qed nisimgħu allegazzjoni, u li hu l-PM li jiffirma biex jiġi tteppjat it-telephone ta’ dak u l-ieħor.”
Franco Debono ddikjara li riforma kostituzzjonali tkun fażulla u saret għalxejn li kieku ssir mingħajr ma tkun infurzara r-responsabbiltà politika. “Ir-responsabbiltà politika tiskatta ħafna qabel ir-responsabbiltà kriminali. Int m’għandekx tistenna jekk dan hux se jmur il-ħabs biex tneħħieħ minn ministru.”
//= $special ?>
