Is-Sindku ta’ Genova, Marco Bucci, juri impressjoni artistika tal-pont li se jinbena minflok il-Pont Morandi. Se jkun il-perit ta’ fama internazzjonali Renzo Piano responsabbli għall-bini tal-pont il-ġdid f’Genova. Pont li se jieħu post dak li kien ikkrolla f’Awwissu u kkawża l-mewt ta’ 51 persuna. Il-proġett il-ġdid hu stmat li se jiswa aktar minn 200 miljun ewro u t-tir hu li jitlesta fi 12-il xahar. Id-disinn tal-pont il-ġdid se jkun ibbażat fuq disinn li ppreżenta l-istess Renzo Piano.
//= $special ?>Renzo Piano se jieħu ħsieb il-bini tal-pont ġdid f’Genova
19 ta' Diċembru 2018

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

