Franck Ribery skorja l-gowl tar-rebbieħ hekk kif Bayern Munich għelbu lil Leipzig 1-0 fl-Allianz Arena. B’din ir-rebħa ċ-champions Ġermaniżi naqqsu d-distakk għal sitt punti minn ma’ Borussia Dortmund li tilfu t-Tlieta, b’logħba qabel il-waqfa tax-xitwa.
Il-veteran ta’ 35 sena li daħal bħala sostitut flok l-imweġġa’ Serge Gnabry f’nofs l-ewwel taqsima, skorja fit-83 minuta meta evita żewġ difensuri u skorja minn 10 metri bogħod b’xutt b’saħħtu.
Din ir-raba’ rebħa konsekuttiva ta’ Bayern Munich tpoġġi lit-tim ta’ Kovac it-tielet bi 33 punt, wara Borussia Monchengladbach bid-differenza tal-gowls. Dortmund tilfu l-ewwel logħba kontra t-tim promoss Fortuna Dusseldorf.
Iż-żewġ timijiet temmew il-logħba b’għaxar plejers wara li Stefan Ilsanker tkeċċa għal Leipzig tkeċċa għal fawl fuq Thiago Alcantara fil-ħin miżjud, bil-midfielder ta’ Bayern Munich Renato Sanches jintwera t-tieni karta safra wara li mbotta lil Ilsanker.
Riżultati: Ilbieraħ: B. M’g’bach v Nürnberg 2-0 , F. Düsseldorf v. B. Dortmund 2-1 , H. Berlin v Augsburg 2-2 , Wolfsburg v Stuttgart 2-0: Illum: Schalke v B. Leverkusen 1-2 , Mainz v E. Frankfurt 2-2, B. Munich v Leipzig 1-0 , Freiburg v Hannover 1-1 , W. Bremen v Hoffenheim 1-1
Klassifika wara 16-il ġurnata: Borussia Dortmund 39 punt, Borussia Monchengladbach 33 punt, Bayern Munich 33 punt, Leipzig 28 punt, Eintracht Frankfurt 27 punt, Wolfsburg 25 punt, Hoffenheim 24 punt, Hertha Berlin 24 punt, Werder Bremen 22 punt, Bayer Leverkusen 21 punt, Mainz 05 20 punt, Freiburg 18-il punt, Augsburg 15-il punt, Schalke 04 15-il punt, Fortuna Düsseldorf 15-il punt, Stuttgart 14-il punt, Hannover 11-il punt, Nürnberg 11-il punt
//= $special ?>