Tarbija ta’ 10 xhur u mara ta’ 20 sena ttieħdu l-isptar Mater Dei wara ħabta f’Raħal Ġdid.
Kelliema għall-pulizija qalulna li l-inċident seħħ fi Triq Ħal Saflieni fl-10am.
Fil-ħabta kienet involuta karozza misjuqa minn raġel ta’ 69 sena minn Ħal Tarxien.
Flimkien mar-raġel kien hemm mara ta’ 63 sena minn Ħal Tarxien. Intant il-pulizija qalulna li l-mara ttieħdet f’ċentru tas-saħħa u ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif. Il-kundizzjoni tat-tfajla u t-tarbija għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji ‘l quddiem.
//= $special ?>