Id-difensur Kroat ta’ Liverpool, Dejan Lovren, qal li t-tim tiegħu kapaċi jikkonkludi l-impenji tal-Premier League mingħajr telfa waħda tul l-istaġun biex jilħaq ir-rekord li kienu waqqfu Arsenal, fl-2004, b’tim li jibqa’ imfakkar bħala ‘Invincibles’.
Hu minnu, intant, li Liverpool huma l-uniku tim fil-Premier League li għad irid isofri telfa mill-bidu tal-istaġun. Ir-Reds jinsabu kmandi tal-klassifika b’punt vantaġġ fuq Manchester City, iċ-champions tal-Ingilterra, li aktar kmieni fix-xahar sofrew l-ewwel telfa tal-istaġun (fil-league) għand Chelsea.
‘Nittamaw li nagħlqu l-istaġun bla telfa, għaliex jekk Arsenal irnexxielhom jagħmlu dan xi snin ilu, aħna nistgħu naspiraw li nirrepetu dan is-suċċess’ ikkummenta Lovren.
Liverpool ilhom ma jkunu champions tal-Ingilterra mill-1990 iżda qed jiffaċċjaw il-programm tal-Milied b’ottimiżmu qawwi wara l-aħħar wirjiet tajba fil-kampjonat. Sadanittant, Lovren qal li ‘l-arja tal-imbattibbiltà tqanqal sfidi ġodda’, iżda sostna li ‘il-plejers ta’ Liverpool jafu sa fejn huma kapaċi u huma kuntenti b’din il-pożizzjoni’.
//= $special ?>