Iċ-champions Ġermaniżi, Bayern Munich u ċ-ċhampions tal-Premier League Ingliż, Manchester City, qed jissieltu ma’ xulxin għall-firma ta’ Frenkie De Jong, il-midfielder internazzjonali ta’ Ajax Amsterdam, li impressjona ħafna bl-aħħar wirjiet fil-kampjonat Olandiż u b’mod partikulari waqt l-impenji ta’ Ajax fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni taċ-Champions League.
De Jong, li hu wkoll plejer importanti għat-tim nazzjonali Olandiż, għandu 21 sena u l-prezz potenzjali tiegħu qed jissemma bħala aktar minn 85 miljun ewro.
Intant u filwaqt li Bayern u Man City esprimew interess kbir fl-ingaġġ ta’ dan il-plejer, id-direttur sportiv ta’ Ajax, Marc Overmars, issuġġerixxa li ‘Barċelona jistgħu jkunu l-favoriti li jikkonfermaw il-firma ta’ De Jong, ‘il quddiem’.
Dan meta l-plejer meqjus fost ‘l-aktar talenti naturali li ħarġu mill-Olanda fl-aħħar snin’ wera diġà x-xewqa ‘li xi darba jilgħab fil-kampjonat Spanjol’. Fl-istess ħin, De Jong irid jikkonkludi l-impenji tal-kampjonat ma’Ajax u dan ifisser li kwalunkwe trasferiment għal ma’ klabb ġdid irid isir fis-sajf.
//= $special ?>