Lokali

Ġurnata impenjatttiva għall-Awtorità tal-Ippjanar

Ġurnata ta’ deċiżjonijiet imporatanti fl-Awtorità tal-Ippjanar illum.

Il-proġett tal-MIDI, l-iżvilupp propost fuq is-sit tal-lukanda Halland f’Tal-Ibraġ u l-iżvilupp tar-residenza tal-Università huma fost il-proġetti li l-Awtorità se tkun qed tiddeċiedi dwarhom llum.

Dwar il-proġett kontroversjali ta’ Tignè, fost l-oħrajn L-Awtorità se tkun qed tiddiskuti disinji ġodda għall-aċċess għall-Manoel Island,il-parkeġġ u l-faċilitajiet tal-irmiġġ, kif ukoll tibdil fid-disinn tal-breakwater u r-restaw tal-Pay Office flimkien mar-rilokar tal-Guard House.

Il-proġett fuq is-sit tal-Halland jikkonsisti fit-twaqqigħ tal-binja eżistenti, tħaffir u kostruzzjoni ta’ binja residenzjali.

L-applikazzjoni dwar ir-residenza tal-Università qed tipproponi t-twaqqgiħ ta’ bini eżistenti, skavar u l-iżvilupp ta’ binja residenzjali b’690 units, spazju kummerċjali, faċilitajiet għall-komunitatjiet studenteski, skola tal-lingwi, spazji għal-lezzjonijiet, binja ta’ uffiċini u parkeġġ taħt l-art għal total ta’ 456 karozza.