Internazzjonali

Imkeċċija żewġ diplomatiċi Iranjani mill-Albanija

Albania

Il-Gvern Albaniż keċċa żewġ diplomatiċi Iranjani minħabba dak li qal kienet attività illegali li kienet qed tipperikola s-sigurtà tal-pajjiż.

Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Albaniż qal li dawn tkeċċew għaliex kisru l-istatus diplomatiku tagħhom u ttieħed wara diskussjoni ma’ pajjiżi oħra fosthom anki Iżrael.

Skont il-midja Albaniża, il-każ jikkonċerna logħba football ta’ sentejn ilu bejn l-Albanija u Iżrael. Każ fejn 20 persuna kienu arrestati fl-Albanija u l-Kosovo minħabba allegat kumplot terroristiku waqt il-logħba.