Lokali

Iweġġa gravi f’inċident f’San Ġwann

Raġel ta’ 26 sena residenti San Ġwann dalgħodu ddaħħal l-isptar Mater Dei fejn irriżulta li qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Ir-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Triumph fi Triq Mensija, San Ġwann meta għal xi raġuni ntlaqat minn karozza tat-Tip Isuzu misjuqa minn raġel ta’ 44 sena wkoll minn San Ġwann.

Kawża tal-istess inċident, karozza tat-tip Citroen C1 ukoll ġarrbet xi ħsarat.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.