Fl-ajruport ta’ Gatwick f’Londra hemm kaos hekk kif it-titjiriet kollha lejn u minn dan l-ajruport twaqfu.
Dan wara li ntlemħu drones itiru fuq ir-runway. L-ajruport ingħalaq ftit wara l-għaxra ta’ filgħaxija tal-Erbgħa u baqa’ magħluq sa kmieni il-Ħamis bit-titjiriet diretti lejn dan l-ajruport jintbagħtu lejn Pariġi jew Amsterdam.
Kelliem għall-ajruport ta’ Gatwick qal li kien hemm ħafna rapporti ta’ drones jittajjru fuq il-mitjar u wara li fetaħ għal ftit kellu jerġa’ jingħalaq wara li reġa’ ntlemħu d-drones.
//= $special ?>

