Lokali

Makkinarju jieħu n-nar fil-Magħtab

Membri tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fil-Magħtab hekk kif makkinarju li jintuża għall-ġarr u l-moviment tal-iskart ħa n-nar.

Il-Pulizija kkonfermat dan il-każ, b’uffiċjal jispjega li l-ewwel rapporti huma ta’ nar li ħakem gaffa.

Minkejja dan spjega li għad mhux magħruf jekk in-nar infirixx jew jekk hemmx persuni li weġġgħu.