Fid-dawl ta’ dak li qal Joseph Muscat ftit tal-jiem ilu dwar l-istudji li qed isiru sabiex tiġi rreklamata l-art, il-President ta’ Nature Trust Vince Attard wera t-tħassib tiegħu dwar l-impatt ekoloġiku fuq qiegħ il-baħar riżultat ta’ dan il-proċess.
F’kummenti li ta lill MaltaToday, Vince Attard qal li żball żgħir fil-proċess ikollu riperkussjonijiet kbar li jistgħu jirriżultaw mhux biss fi sfreġju ekoloġiku fiz-zona u l-madwar, imma anke fi ħsara lil biodiversità tal-baħar bi impatt negattiv fuq is-sajd,
Dan jista’ wkoll jeffettaw direttament u b’mod hażin it-turiżmu tal-bugħaddasa u turiżmu ieħor.
Attard ġibed ukoll l-attenzjoni dwar in-nuqqas ta’ ppjanar minn naħa tal-Gvern f’dak il għandu x’jaqsam ma’ mmaniġġjar ta’ skart tal-kostruzzjoni.
Hu qal dan b’referenza għall fatt li l-Gvern donnu qed jipproponi r-reklamazzjonit tal-art biex isolvi kriżi li ħoloq hu stess fl-immaniġġjar ta’ dan it-tip ta’ skart.
Hu temm jgħid li r-reklamazzjoni għandha tkun l-aħħar għażla wara li jiġu kkunsidrati u eżawriti l-possibiltajiet l-oħra kollha.
//= $special ?>
