Ritratt li ttella’ fuq il-midja soċjali, u li juri żiemel mejjet mormi fi skip, wassal għal furur fuq il-midja soċjali, b’diversi persuni jitkellmu dwar moħqrija tal-annimali u jikkundannaw lil min wettaq dan l-att.
Madankollu riċerka li għamel Net News wasslet biex sar magħruf li dan ir-ritratt juri biss parti mill-istampa, u l-annimal la miet kawża ta’ moħqrija u lanqas intrema’ llegalment minn xi persuna jew persuni irresponsabbli.
Filfatt ir-ritratt, li bi skop juri biss parti żgħira tas-sit fejn jinsab, ittieħed mill-faċilitajiet ta’ Wasteserv. L-annimal, li kien iċċertifikat mejjet u mhux maħqur jew maqtul għall-gost, ittieħed b’mod regolari u kif suppost isir fil-faċilitajiet apposta biex jinħaraq.
F’dan il-każ, ġiet segwita l-proċedura li suppost.
//= $special ?>