Internazzjonali

Suspetti ta’ rabta mal-ISIS fil-qtil ta’ żewġ turisti fil-Marokk

Ir-raħal ta' Imlil fil-Marokk.

Investigaturi Marokkini qalu li kollox qed jindika li hemm rabta terroristika fil-qtil ta’ żewġ turisti nisa mill-Iskandinavja.

Is-servizzi sigrieti Daniżi qed isostnu li kollox qed jindika li r-responsabbli kien midħla tal-ISIS.
Iż-żewġ nisa nstabu mħanxra f’tinda f’ Imlil qrib il-Muntanji Atlas u f’zona popolari mat-turisti. Il-katavri nstabu t-Tnejn u raġel kien arrestat f’Marrakech u qed issir tfittxija għal żewġ kompliċi.
Il-vittmi kienu identifikati bħala Louisa Vesterager Jespersen, ta’ 24 sena mid-Danimarka u Maren Ueland ta’ 28 sena min-Norveġja.

Jirriżulta wkoll li fuq l-Internet tpoġġa filmat makabru tal-qtil ta’ waħda min-nisa.