Il-każ dwar l-allegat frodi tal-iskema ta’ bajjiet White Flag inġiebet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li l-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech għamel mistoqsija parlamentari fil-Parlament Ewropew.
Francis Zammit Dimech spjega li qed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tindaga din l-iskema.
Dik li suppost hi skema tal-Bnadar il-Bojod li suppost ifissru “plastic free beaches”, fl-aħħar jiem kienet ittimbrata bħala ħadma mahsuba minn nofs tuzzana individwi, inkluz frodist Kroat, biex biha jdahhlu mijiet ta’ eluf kbar ta’ ewro minn fuq dahar it-taxpayer Malti u Ghawdxi.
Skema li saret bil-barka tal-Ministru Jose Hererra u diversi Ministri ohra tant li fl-ahhar jiem saret cerimonja dwar dan f’bajja lokali.
L-individwi kienu qed jitolbu €25,000 bħala ħlas tal-bandiera – biex b’hekk jaqilgħu kważi €200,000 minn Malta f’inqas minn sena. Dawn il-flus imħallsa għal sponsorships ta’ bajjiet tal-Bandiera l-Bajda f’Malta ġew trasferiti lil bank f’Żagreb, il-Kroazja.
Net News kien ukoll talab ir-reazzjoni tal-Ministru tal-Ambjent Jose Herrera li ammetta li ma saret l-ebda due diligence iżda ma kienx inkwetat għaliex il-Gvern ma’ ħariġx fondi pubbliċi.
Issa, il-kwistjoni waslet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>
