Wara li kien ilu magħluq mill-2013, il-park tal-Inspire Marsascala reġa fetaħ il-bibien tiegħu u reġa libes il-libsa maġika tal-foresta tal-Milied fejn Santa Klaws u l-elves tiegħu se jkunu qed jiltaqgħu ma’ dawk kollha li jżuru l-park fil-jiem li ġejjin.
Minbarra Santa Klaws u l-ajjutanti ċkejknin tiegħu, dawk li jżuru l-park se jkollhom iċ-ċans jaraw ukoll spettakli ta’ varjetà li jinkludu kantanti, żeffiena, korijiet, deejays u animators.
Fil-post se jkun hemm ukoll għadd ta’ stands ibiegħu ikel u xorb marbut ma’ dawn iż-żminijiet ta’ festa, kif ukoll għażla kbira ta’ affarijiet li jistgħu jingħataw bħala rigali.
Il-Foresta Maġika se tkun miftuħa bejn it-22 ta’ Diċembru u t-2 ta’ Jannar
//= $special ?>

