Lokali

192 ritratt dwar il-Belt Valletta f’wirja waħda

Dedikazzjoni u passjoni f’wirja li tikkonsisti f’192 ritratt – kollha f’post wieħed u ta’ fotografu wieħed.

29 sena f’ritratti tal-Belt Valletta li turi t-trasformazzjoni li l-belt kapitali Maltija għaddiet minnha. Il-fotografu David Pisani bħalissa qed itella’ din il-wirja ta’ ritratti li ħa fil-belt li tant iħobb.

David saħaq li hu dejjem ra s-sbuħija tal-ħajja li toffri l-Belt Valletta, fost oħrajn b’diversi postijiet abbandunati u li ftit huma dawk li japprezzawhom. Jgħid li l-Belt li kien jaf qabel hu spiċċat u nbidlet ta’ taħt fuq iżda kburi li bir-ritratti tiegħu jista’ juri din it-trasformazzjoni.

David Pisani jispjega aħjar dwar kif ġiet l-idea ta’ din il-wirja.

David qalilna li dan kien proċess twil u li jikkonsisti f’ħafna ħin u xogħol.

Hu kompla jgħid li din il-wirja tfisser ħafna għalih, iżda wkoll wirja li għandha valur storiku u artistiku.

Din hi l-ewwel wirja ta’ dan it-tip f’pajjiżna hekk kif qatt ma kien hemm wirja b’numru daqshekk kbir ta’ ritratti dwar il-Belt Valletta f’post wieħed. Wieħed jista’ jmur jara din il-wirja ġewwa ċ-ċentru ta’ Kavallier ta’ San Ġakbu fil-Belt Valletta.