Lokali

55KG f’ħelu għal-kejk tal-Milied fil-lukanda Radisson

Meta wieħed jidħol fil-lukanda Radisson, mill-ewwel jinnota numru ta’ tfal li bdew iduru ma’ kejk tal-Milied b’tema tal-cartoon Nemo – karattru popolari ħafna mat-tfal.

Għat-13-il sena, sena wara sena l-kok Jimmy Aquilina joħroġ b’idea ġdida biex jgħati dehra mill-isbaħ lil-lukanda fejn jaħdem.

Hu saħaq li l-kejk għandu ħafna xogħol fih, b’madwar 40 kilogramma sugar paste u madwar 15-il kilogramma ċikkulata.

Din il-kreazzjoni ta’ kull sena tikkonsisti f’ħafna ħsieb u ppjanar, li normalment jibda minn Awwissu, filwaqt li f’Ottubru jibda jitfassal u jibda x-xogħol fuqu.

Jimmy saħaq li fil-maġġoranza tal-lukandi jispikka l-villaġġ tal-Milied magħmul mill-gingerbread, iżda hu ried xi ħaġa oriġinali u li b’mod speċjali tiġbed lit-tfal li jkunu qed joqgħodu f’din l-istess lukanda flimkien mal-familja tagħhom għal dawn iż-żminijiet.

Jimmy qalilna dwar dak li jgħidu l-klijenti meta jaraw dan il-kejk partikolari.

Jimmy spiċċa jgħidilna li dak li jaħsbu l-klijenti dwar il-kejkijiet li jagħmel ta’ kull sena, iwassal biex itih kuraġġ u jistenna bil-ħerqa għas-sena ta’ wara biex jagħmel kejk uniku ieħor.