Dan il-Milied se jkun għalija l-opportunità li nifhem lil dawk li għaddejjin minn żmien li mhux faċli.
Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, li fil-programm Xarabank ta’ qabel il-Milied kien wieħed mill-mistiedna prinċipali.
Mistoqsi dwar l-isfidi li qed jaffaċċja fil-politika, iddikjara li hu ma jaqtax qalbu anzi tenna li se jkompli jaħdem b’attitudni pożittiva għall-ġid tal-ħaddiema, in-negozji u l-familjia.
Lil hinn mill-messaġġ politiku, hu stqarr x’ínhi verament ix-xewqa ta’ ħafna mill-Maltin u Għawdxin
Waqt l-intervista’ issemmiet ukoll il-kwistjoni li nqalgħet minħabba ritratt tal-Kap tal-Oppożizzjoni mal-Prim Ministru waqt logħba futbol.
Adrian Delia spjega kif sfortunatament ħafna għadhom bil-mentalità li wieħed għandu jobgħod lill-avversarju politiku tiegħu.
Matul il-programm Adrian Delia kellu wkoll żjara speċjali minn Amber Joy, li s’issa telgħet l-Ingilterra 57 darba u għamlet 19-il operazzjoni għaliex kieku kienet tagħma.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista offra li jwettaq ix-xewqa ta’ Amber, li għal darba titla’ l-Ingilterra bħala vaganza flimkien mal-familja tagħha u li se jħallas il-vjaġġ tagħhom hu.
//= $special ?>