Internazzjonali

GATWICK: L-ispazju tal-ajru jerġa jinfetaħ

L-ajruport ta’ Gatwick, fl-Ingilterra llum reġa fetaħ l-ispazju tal-ajru tiegħu wara li kien ilu s-sigħat magħluq. Dan wara li l-Erbgħa filgħaxija ntlemħu żewġ drones jittarju fuq l-ajruport.

Tard l-Erbgħa uffiċċjali tal-ajruport lemħu drone jittajjar fl-ispazju tal-ajru tal-ajruport u ftit wara ġew sospiżi t-titjiriet kollha minn u lejn l-ajruport Ingliż.

Intant minn drone wieħed li kien donnu qed jilgħab nogħli mal-investigaturi, saru tnejn. L-investigaturi li kienu qed jaħdmu fuq dan il-każ bl-ebda mod ma setgħu jinterċettaw u jwaqqfu dawn id-drones.

Għal xi ħin il-Ħamis wara nofsinhar deher li d-drones kienu telqu u reġa’ infetaħ l-ajruport. Iżda ftit wara reġa’ intlemaħ drone u l-ajurport kellu jerġa jingħalaq.

Dawn id-drones ħolqu kaos sħiħ minn dawk li kienu l-pjanijiet tal-ivjaġġar ta’ madwar 120,000 persuna li spiċċaw maqbudin fl-ajrport jistennew li s-sitwazzjoni terġa’ tiġi għan normal u li jkunu jistgħu jivvjaġġaw kif kellhom pjanat. It-titjiriet effettwati kienu fti inqas minn 800.

Fost dawk maqubda fl-ajrport ta’ Gatwick kien hemm Gisele Fenech li kienet qegħda fi triqtha lejn Malta. Hi qalet li kienet qed tipprova tirritorna lura Malta biex tiċċelebra egħluq snin bintha mal-familja tagħha.

L-ajurport ta’ Gatwick jopera titjiriet minn u lejn 228 belt f’74 pajji’ u minnu jgħaddu mal-45 miljun passiġġier fis-sena.