Lokali

Iktar minn 56,600 f’kollezzjoni ta’ business cards

Iktar minn 56,600 business card minn madwar id-dinja kollha. Kollezzjoni li qiegħda għand persuna waħda – Herbert Guillaimer.

Herbert laqgħana f’daru fejn b’passjoni kbira beda jqalleb fl-albums b’eluf ta’ business cards li ilu jġemma’ għal madwar 20 sena.

Herbert qal ma’ Net News kif iddeċieda li jibda din il-kollezzjoni.

Uħud minn dawn il-business cards ġabhom hu stess mingħand in-nies u kumpaniji, filwaqt li oħrajn jingħataw lilu minn sħabu.

Herbert qalilna li hu jqassamhom skont diversi kategoriji u skont mill-liema pajjiżi ġejjin.

Herbert qed jispira li b’din il-kollezzjoni jkun qed jinkiteb ismu fil-ktieb tar-rekord dinjija.

Fil-kollezjoni li għandu, waħda minn dawn il-business cards hija speċjali hekk kif hi unika fid-dinja kollha – business card li tmur lura għall-1936.