Lokali

Il-Gvern iżid it-talbiet għall informazzjoni dwar individwi fuq Facebook

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-Gvern għamel 199 talba ta’ informazzjoni dwar 218 account ta’ Facebook. Dan skont informazzjoni maħruġa mill-istess Faceboo fir-rapport li joħroġ kull sitt xhur.

Żieda ta’ kwazi 25% fuq il-161 talba li kien għamel bejn Jannar u Ġunju tal-2017.

11 mill-199 talba kienu “talbiet ta’ emerġenza” filwaqt li l-oħrajn kienu talbiet marbuta ma’ “proċessi legali”.

Il-ħdax-il talba abbażi ta “emerġenza” saru minn uffiċċjali tal-pulizija permezz ta’ sistema online. Dawn isiru f’każi ta’ suspett li jista jkun hemm periklu għal tfal jew fejn persuna titqies li tista tkun f’periklu imminenti.

Skont Facebook, 66% tat-talbiet għal informazzjoni li għamel il-Gvern Malti ġew milqugħa.

Il-Gvern talab ukoll li jkun ‘ippreservat” account wieħed. Dan il-proċess jagħti ċ-ċans li wieħed ikollu stampa tal-informazzjoni f’dan l-account.