Sport Sport Ieħor

Mikaela Shiffrin tikseb id-49 rebħa fil-giant slalom fit-Tazza tad-Dinja

Mikaela Shiffrin rebħet il-giant slalom fi Franza biex assigurat id-49 rebħa tal-karriera tagħha fit-Tazza tad-Dinja. Ir-rebbieħa tal-midalja tad-deheb fi Pyeong Chang f’din is-sena, irritorna fl-impenji tagħha fit-Tazza tad-Dinja wara li tilfet l-avveniment f’Val Gardena biex irkuprat wara bidu impenjattiv għall-istaġun il-ġdid.

Shriffrin li għad għandha 23 sena rkuprat minn żvantaġġ ta’ 0.08 sekonda fl-ewwel ħarġa tagħha biex fit-tieni okkażjoni għamlet slalom ta’ 47.55 sekonda u qabżet lill-Ġermaniża Viktoria Rebensburg u kisbet is-sitt rebħa tal-istaġun. Rebensburg kisbet it-tieni post filwaqt li l-Franċiża Tessa Worley spiċċat it-tielet 0.33 sekonda wara Shriffrin.

Din ir-rebħa kienet importanti għall-Amerikana hekk kif irkuprat ftit l-iżvantaġġ minn mat-Taljana Federica Brignone fil-quċċata tal-klassifika tal-giant slalom, filwaqt li żiedet il-vantaġġ overall fl-istaġun tat-Tazza tad-Dinja.

Tags