Qabda oħra kbira mid-Dipartiment tad-Dwana fil-Port Ħieles fi spazju ta’ ftit jiem. Wara li iktar kmieni din il-ġimgħa saret qabda ta’ iktar minn 5 tunnellati droga kannabis, id-Dwana qabdet 48 kilogramma ta’ droga kokaina.
Stqarrija tad-Dipartiment tad-Dwana qalet li d-droga instabet f’panel wara l-kompressur ta’ kontejner mkessaħ permezz ta’ scanner ġdid li qed iħalli riżultati mill-aqwa fil-ġlieda kontra d-droga. Il-kontejner kien ġej mill-Ekwador u kien fi triqtu lejn il-Greċja.
B’kollox, instabu madwar 40 pakkett tas-sustanza li wara testijiet kienu kkonfermati bħala droga kokaina li l-valur tagħha fit-triq hu stmat li jlaħħaq €5 miljun.
L-Investigazzjoni qed titmexxa mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga tal-Pulizija. Il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo qed tmexxi inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>