Lokali

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi wara li ttajjar minn vettura

Sewwieq ta’ mutur li għandu 44 sena u residenti l-Ħamrun indarab gravi wara li ttajjar waqt li kien qed isuq mutur tat-tip Peugeot Tweet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:15 fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan, bir-raġel jintlaqat minn vettura tat-tip Opel Astra misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti Pembroke.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.