Sport Sport Ieħor

Tintemm id-19-il edizzjoni tal-Euromed Regatta

(Ritratt: LX Sailing)

Illum kienet it-tielet u l-aħħar ġurnata ta’ kompetizzjoni tad-19 il-edizzjoni tal-Euromed Regatta li bla dubju kienet l-avveniment ewlieni għal din il-ġimgħa u appuntament fiss fil-kalendarju tal-isport lokali. F’din l-edizzjoni, 213 parteċipant minn 22 pajjiż fi tliet kategoriji ewlenin li offrew spettaklu lil hinn mill-Bajja tal-Mellieħa.

Fit-tielet ġurnata ta’ kompetizzjoni, 26 parteċipant fil-kategorija Novizzi fejn fl-ewwel post baqa’ Vito Bizovic tal-Kroazja, warajh Oliver Bilic tal-Kroazja u Vanja Ramm Ericson tar-Royal Malta Yacht Club. Fir-raba’ post, Flynn Mifsud tal-Malta Young Sailors Club, Andrè Fenech mill-Birżebbugia Sailing Club. Thoms Zahra u Andrene Azzopardi tal-Malta Young Sailors Club.

Fil-kategorija Optimist kienu fl-azzjoni 60 parteċipant bil-Malti Richard Schultheis tal-Malta Young Sailors Club isaħħaħ postu fl-ewwel post segwit mill-Ungeriż Soma Kia Szol Gyemi, Jean Lou Lauber u Borish Hirsch, it-tnejn tal-Iżvizzera u Zeno Valerio Marchesini tal-Italja.

Fil-kategorija Laser, sa issa fl-ewwel post Andrej Verdysh tal-Ukrajna qabel Alana Coakley tal-Irlanda, bil-Malti Saul Vassallo tal-Malta Young Sailors Club fit-tielet post. Wara Vassallo, Khamees Alhammadi tal-Emirati Għarab Magħquda u Matthew Micallef tal-Malta Young Sailors Club.