Splużjoni tal-gass taħt l-art ġo minjiera tal-faħam fil-limiti ta’ Karvina (qrib il-fruntiera tal-Polonja) swiet il-ħajja ta’ millanqas 13-il ħaddiem minbarra li ħalliet numru ta’ midruba.
Il-parti kbira tal-vittmi kienu miners Pollakki u l-Prim Ministru Ċek, Andrej Babis għadu kemm żar is-sit tat-traġedja. Intant, il-Parlament fi Praga onora lill-vittmi tat-traġedja b’minuta silenzju.
L-aħħar rapporti qalu li t-tfittxija għall-ħaddiema neqsin fil-minjiera kienet qed tħabbat wiċċha mal-intoppi minħabba nirien li kienu qed itellfu l-viżibbiltà.
Il-gass li wassal għall-isplużjoni kien tat-tip methane u t-tfittxija taħt l-art kienet mistennija tkompli ‘taħt kundizzjonijiet aktar xierqa’.
//= $special ?>

