Lokali

Appell għall-għajnuna wara li tajjar mara bi kważi 8 xhur tqala u baqa’ sejjer

Il-qraba ta’ mara li għandha madwar tmien xhur tqala qed jappellaw għall-għajnuna wara li sewwieq li tgħajjarha baqa’ sejjer.

L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu, f’xi ħin bejn it-08:30 u d-09:00 fi Triq Mikiel Anton Vassalli, bil-mara li kellha tittieħed l-isptar għall-kura.

Għalkemm mhux magħrufa l-kundizzjoni tagħha, Net News hu nfurmat li l-mara sofriet xi ġrieħi. Mhux magħrufa lanqas il-kundizzjoni tat-tarbija fil-ġuf.

Sfortunatament jidher li fil-paniku tal-mument, ħadd minn dawk preżenti ma ħa nota tal-karozza jew in-numru tar-reġistrazzjoni tagħha.