Lokali

Evakwatha tarbija ta’ jumejn

Il-Forzi Armati ta’ Malta is-sibt filgħodu ssejħu fuq operazzjoni ta’ salvataġġ fl-ibħra Maltin biex evakwaw tarbija ta’ jumejn.

It-tarbija flimkien ma’ ommha ta’ 23 sena ittellgħu fil-ħelikopter tal-forzi armati u ttieħdu l-isptar Mater Dei.

Il-Kundizzjona tat-tarbija għadha mhux magħrufa.

Skont informazzjoni mill-aġenzija Taljana ANSA, it-tarbija twieledet fuq bajja fil-Libja u kienet ilha fuq dgħajjsa għal 24 siegħa.

Il-Forzi Armati ġew imsejjħa jgħinu fl-evakwazzjoni mill-Vapur Open Arms….Vapur ta’ l-NGO Spanjola Proactiva li tmexxi operazzjonijiet ta’ tfitxxija u salvataġġ fil-baħar Mediterran.

L-Open Arms qalet li għadha kemm salvat madwar 300 persuna minn tlett dgħajjes wara li sabu ruħhom f’diffikultà.

Dan, qalet l-NGO, hu l-Milied fil-baħar Mediterran.