Lokali

Ferħ fost it-tfal tal-istitut

Tispikka t-tbissima fuq uċuħ it-tfal tal-istitut hekk kif bdew iduru qalb ħafna annimali differenti.

Is-Sibt wara nofsinhar saret inizzjattiva minn Ambjent Malta hekk kif numru ta’ kollegi ddeċidew li jagħmlu attività għal dawn it-tfal billi joħorġuhom ħarġa fiż-żoo ta’ Arka ta’ Noe, fis-Siġġiewi għal dawn iż-żminijiet tal-Milied biex iferħuhom ftit.

Net News tkellem ma’ wieħed mill-impjegati, Dion Galea li flimkien mal-kollegi tiegħu ppjanaw din l-inizjattiva.

It-tfal iddawru madwar iż-żoo fejn raw diversi annimali fosthom xadini, zebras, u saħansitra tigri rari. Huma saħansitra ġew mistoqsija x’jixtiequ jsemmu ċertu annimali li għad m’għandhomx isem għalissa.

Iżda bla dubju ta’ xejn kien jispikka l-ferħ tagħhom hekk kif innutaw li kien hemm tigra ta’ 12-il ġimgħa, Anelca lesta biex tilgħab magħhom.

Net News tkellem ukoll ma’ sid iż-żoo, Anton Cutajar li emozzjonat qalilna x’qed iħoss meta jara dawn it-tfal kuntenti.

Fl-aħħar, it-tfal ingħataw l-opportunità li jiżraw siġra kull wieħed ġewwa dan iż-żoo, fejn kull waħda ngħatat isem ta’ kull tifel u tifla li żerawhom.