Raġel ta’ 64 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari u miet ftit ħin wara li wasal l-Isptar Mater Dei.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11.30 ta’ dalgħodu fir-residenza privata tiegħu fi Triq is-Sikka fin-Naxxar meta għal xi raġuni żelaq waqt li kien qiegħed fil-gallarija.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal kura. Sfortunatament, hu miet fl-Isptar ftit tal-ħin wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>