Wara ż-żewġ qabdiet kbar ta’ droga fil-port ħieles din il-ġimgħa, illum uffiċjali tad-dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta sabu 3.5kg droga kannabis moħbija fuq passiġġier li kien għadu kemm wasal Malta b’titjira minn Ruma.
Id-droga jidher li kienet intiża għas-suq lokali. L-uffiċjali tad-dwana kienu qed jagħmlu tfittxijiet fuq numru ta’ passiġġieri li waslu minn l-Ajruport ta’ Ciampino. Waqt it-tfittxijiet, waħda mill-bagalji li għaddiet mill-magna tal-x-ray qanqlet suspett and saritilha tfittxija iktar intensiva.
Mill-bagalja ġew elevati tlett boroz b’sustanza li tidher bħala ħaxixa u li jiżnu 3.5 kg. Minn testijiet li saru fuq is-sustanza irriżulta li din kienet droga kannabis.
Il-pulizija ta’ kontra d-droga ġew infurmati bis-sejba u l-passiġġier li hu ta’ nazzjonalità nigerjana ġie arrestat.
L-ispettur Frank Tabone qed imexxi l-investigazzjoni u l-maġistrat tal-għassa Simone Grech ġiet infurmata b’dan il-każ.
//= $special ?>