Din il-ġimgħa fis-Santwarju tal-Ħniena Divina f’San Pawl tat-Tarġa ittella l-kunċert tradizzjonali ta’ kull sena mis-Soċjetà Korali ta’ San Pawl taħt it-tmexxija ta’ Ugo Agius Muscat.
Il-kor ta rendizzjoni ta’ taħlita ta’ kompożizzjonijiet klassiċi u moderni. Fosthom huwa kantaw verżjoni tad-diska popolari Silent Night li din is-sena jaħbat il-mitejn anniversarju mill-kompożizzjoni tagħha fi Vjenna. Il-verżjoni kellha arranġament speċjali mill-mibki Maestro Joe Vella.
Fost oħrajn il-kor ta wkoll l-interpretazzjoni tal-Gloria ta’ Vivaldi u l-Messiah ta’ Handel.
Dan il-kunċert jittella kull sena u il-kor hu magħmul minn 52 membru. Fuq l-orgni kien hemm Elizabeth Conrad filwaqt li s-soprana Kateriana Fenech kantat xi solos.
Fis-santwarju hemm espost ukoll presepju Naplitan.
Fr Michael Agius, ir-rettur tas-Santwarju tal-Ħniena Divina qal li lejliet il-milied fit-tmienja neqsin kwart se jkun hemm kant tal-Milied, segwita mill-priedka tal-Milied u quddiesa.
//= $special ?>