Lokali

Presepju b’element Ħamruniż

Presepju uniku ġewwa l-Knisja tal-Ħamrun ta’ San Gejtanu hekk kif fih element Ħamruniż.

Ix-xogħol u l-ħsieb beda madwar 10 snin ilu hekk kif l-artist Mariorick Mifsud ried presepju magħmul minnu ġewwa daru. Iżda ftit snin ilu avviċinah il-Kappillan li talbu biex jagħmel presepju għal Knisja.

Hemmhekk fejn bdiet ħidma biex jinbena presepju li juri l-elementi tal-lokalità tal-Ħamrun.

Net News tkellem mal-Kappillan Father Walter Cauchi li spjegalna iktar dwar kif bdiet il-ħidma għal dan il-presepju.

Net News iltaqa’ wkoll ma’ Mariorick li spjegalna dwar il-ħidma fuq dan il-presepju li tikkonsisti minn madwar 20-il voluntier.

Mariorick qed jispira biex sena wara sena dejjem iżid xi ħaġa mal-presepju biex dejjem ikompli joħroġ l-element Ħamruniż.