Lokali

Raġel jaqa’ minn fuq mutur f’Birżebbuġa

Għal ħabta tas-sagħtejn u għoxrin ta’ wara nofs in-nhar seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far f’Birżebbuġa. Minn stħarriġ li għamlet il-Pulizija jirriżulta li raġel ta’ 53 sena mill-Gudja tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha li kien qed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech li ħatret diversi persuni biex jgħinuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.