It-titjiriet tal-Air Malta li kienu sejrin lejn l-ajruport ta’ Gatwick, fl-Ingilterra kellhom jieħdu rotta differenti wara li l-istess ajruport kellu jgħalaq l-ispazju tal-ajru tiegħu. Dan hekk kif l-Erbgħa ntlemħu żewġ drones jittajru fuq l-ajruport.
L-Air Malta sejħet laqgħa l-Ħamis biex jevalwaw is-sitwazzjoni tal-ajruport ta’ Gatwick li kienet qed tagħmel impatt fuq l-ajruplani li kienu sejrin lejn l-istess ajruplan.
L-Air Malta ħadet deċiżjoni li t-titjiriet isiru xorta waħda iżda l-ajruplani jieħdu rotta differenti u jitniżlu fl-ajruport ta’ Heathrow. Dan sar biex jiġu evitati titjiriet milli jitħassru kompletament u l-passiġġieri jitwasslu għad-destinazzjoni tagħhom.
Id-drones intlemħu l-Erbgħa filgħaxija. Għal bidu ntlemaħ drone wieħed iżda wara ftit intlemaħ ieħor. Id-drones baqgħu jidhru sal-Ġimgħa filgħaxija.
Intant b’rabta ma’ dan l-istess każ, il-pulizija ta’ Sussex tard ilbieraħ filgħaxija arrestat ragel u mara wara li reġa għal darb’oħra ittajjar drone fl-istess zona bir-riżultat li għal xi ħin l-ajurport ta’ Gatwick kellu jerġa jingħalaq. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin u jidher li issa l-ajruport qed jerġa jopera b’mod normali.
//= $special ?>