L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, ħadet deċiżjoni li terġa’ tiftaħ il-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra li kienet ilha magħluqha mill-2004 minħabba direttivi tal-Unjoni Ewropea.
Matul l-40 sena li kienet ilha topera, fil-miżbla tal-Qortin intrema’ man-nofs miljun tunnellata skart fuq medda art daqs tliet grawnds tal-football.
F’rapport li kien imħejji mill-WasteServ fl-2004 kien sar magħruf li l-miżbla kellha żoni ta’ skart għoljin 17-il metru. Issa, l-ERA tat l-approvazzjoni li din l-art terġa’ tilqa’ l-iskart fl-aħħar ta’ Novembru li għadda.
Il-Ministru José Herrera saħansitra wiegħed li l-park għall-familji se jiftaħ sal-aħħar tas-sena, minflok iżda fl-aħħar tas-sena ħarġet din l-aħbar.
Dwar din l-art fl-2007 kienet bdiet konsultazzjoni biex din l-miżbla tinbidel f’park ta’ rikreazzjoni għall-familji u f’Mejju 2018, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera saħansitra wiegħed li l-park għall-familji se jiftaħ sal-aħħar tas-sena. Iżda minflok fl-aħħar tas-sena ħarġet din l-aħbar li l-Miżbla fil-Qortin se terġa’ tinfetaħ.
Intqal ukoll li WasteServ kellha tapplika b’urġenza biex din il-miżbla terġa’ tinfetaħ għax f’Malta m’għadx fadal fejn jintrema l-iskart. B’hekk allura se jkollha tinfetaħ mill-ġdid dik f’Għawdex. Din l-għaġġla dehret ukoll fl-approvazzjoni ta’ din l-applikazzjoni peress li f’jumejn, l-ERA approvat il-ftuħ mill-ġdid tal-miżbla tal-Qortin.
L-applikazzjoni li ġiet approvata tipprovdi lill-WasteServ b’sit ieħor fejn tpoġġi l-iskart li jkun ġie magħżul f’Tal-Kus fix-Xewkija. Il-permess ingħata għal sena waħda biss.
L-ERA imponiet numru ta’ kundizzjonijiet sabiex dan il-permess seta’ jingħata fosthom li l-applikanti jużaw biss is-siti indikati fuq il-permess, id-dritt li l-Awtorità tagħmel monitoraġġ u dritt li l-Awtorità żżomm il-garanzija bankarja ta’ madwar €10,000.
//= $special ?>