“Adrian Delia kien wieħed jekk mhux l-uniku President ta’ klabb tal-futbol lokali li ħa l-kwistjoni tal-korruzzjoni fil-futbol bis-serjetà.”
Iddikjara dan l-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti Andre Schembri, li waqt il-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija esprima l-ammirazzjoni tiegħu għall-azzjoni li ħa Delia kontra l-korruzzjoni.
“Adrian Delia kien il-President ta’ Birkirkara, u għalkemm jien ma kontx qed nilgħab il-futbol lokali, dak iż-żmien kelli ammirazzjoni kbira lejh għax kien wieħed, jekk mhux l-unika wieħed President, li ġġeield il-korruzzjoni fil-futbol Malti,” stqarr Schembri.
L-attakkant Andre Schembri, li ftit tal-ġimgħat ilu rtira mill-futbol internazzjonali, biex fi kliemu jagħti ċans lil plejers żgħażagħ biex jilagħbu għal pajjiżna kien qed jirreferi għal kif Adrian Delia matul il-karriera tiegħu fil-futbol, ħa azzjoni mill-ewwel malli kellu l-iċken dubju li hemm xi każ ta’ korruzzjoni.
Filfatt kien f’Diċembru ta’ sentejn ilu li Adrian Delia, dak iż-żmien President ta’ Birkirkara, affaċċja lill-goalkeeper tal-iskwadra tiegħu b’allegazzjonijiet li kienu waslu għandu, issospendieh immedjatament u mar għand il-Pulizija li fetħet investigazzjoni.
//= $special ?>