Sport Sport Ieħor

Brian Cini ppreżentat bħala r-rebbieħ tal-Kampjonat Premier tas-Snooker

Brian Cini ppreżentat bl-unur mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar fil-preżenza tal-President tal-MBSA Frans Bugeja

Brian Cini kien ippreżentat bħala r-rebbieħ tal-Kampjonat Premier fil-ġurnata li sar il-ftuħ uffiċjali tal-Akkademja tas-Snooker. Il-preżentazzjoni saret mill-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar u l-President tal-Malta Billiards and Snooker Association Frans Bugeja. Il-finalist ta’ din id-diviżjoni kien Aaron Busuttil.

John Farrugia rebaħ l-Ewwel Diviżjoni, Peter Schembri ħareġ rebbieħ fit-Tieni Diviżjoni filwaqt li Clayton Goodrum għeleb lil Lothar Mallia u rebaħ it-Tielet Diviżjoni. Jason Peplow rebaħ il-Kampjonat tal-Masters kontra Ivan Attard. Joseph Casha rebaħ il-Kampjonat tal-Billiards.

Aaron Busuttil u Duncan Bezzina ddominaw ir-ranking tournaments. Bezzina rebaħ l-ewwel ranking tournament filwaqt li Busuttil rebaħ it-tieni, it-tielet u r-raba’ tournaments. Jason Peplow kellu l-ogħla break b’121 punt. Il-Kampjonat tal-Billiards u Snooker mistenni jibda f’Jannar.

Wara li nfetħet uffiċjalment l-Akkademja Maltija tas-Snooker saret ukoll Open Day li fiha kien organizzat il-Christmas Shoot-out b’risq l-Istrina. Din saret għat-tielet sena konsekuttiva u nġabret is-somma ta’ €430. Chris Peplow rebaħ ix-shoot-out wara li għeleb lil Joseph Casha fil-finali. Mark Cutajar qal li waqt l-Open Day li nġabret is-somma ta’ €300 mill-kiri tal-imwejjed, bis-somma se tiġi ppreżentata lid-Dar tal-Providenza.

Tags