Futbol Sport

Gżira United jakkwistaw lil Justin Junior Mengolo

Wara l-ewwel rawnd pożittiv li spiċċawh bla telfa u fil-quċċata flimkien ma’ Hibernians, Gżira United urew l-intenzjonijiet li jsaħħu l-iskwadra meta ħabbru l-akkwist tal-attakkant Justin Junior Mengolo. Il-plejer ta’ 25 sena laħaq ftehim u ffirma kuntratt sa tmiem l-istaġun.

Mengolo li hu mill-Kamerun lagħab ma’ timijiet pjuttost ta’ livell fil-karriera tiegħu hekk kif kien irreġistrat mal-klabb Rumen Cluj, Astra Giurgiu tal-Kazakhstan, il-Bulgari Levski Sofia u Debrecen tal-Ungerija.

Speċjalment fl-ewwel logħbiet ta’ Jannar, Mengolo mistenni jmexxi l-attakk flimkien ma’ Haruna Garba hekk kif Jorginho naqas li jkun effettiv biżżejjed fl-assenza ta’ Amadou Samb li għadu qed jirkupra minn meta kien weġġa’ kontra Valletta f’Novembru.