L-Arċisqof Charles J Scicluna appella sabiex il-ġid ekonomiku f’pajjiżna jiżdied sabiex effittivament kulħadd igawdi minnu. Huwa sostna li għandna nitolbu sabiex ħadd ma jitħalla lura jew saħansitra barra.
L-Arċisqof saħaq dan hekk kif il-Ħadd filgħodu laqa’ u ta l-awguri tiegħu lin-nies li marru bi ħġarhom fil-Kurja.
Filwaqt li rringrazzja lill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi tal-appoġġ li jtih u lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona tal-ħidma pastorali tiegħu, l-Arċisqof saħaq li matul din is-sena l-Papa Franġisku tah responsabbiltà oħra, madanakollu dan ma jfissirx li ser jinsa lil Malta.
Finalment, l-Arċisqof Charles J.Scicluna, awgura l-Milied hieni lill-poplu Malti u Għawdxi kollu w appella sabiex il-Milied nibqgħu niċċelebrawh sal-Epifanija.
//= $special ?>