Lokali

Il-fiduċja tal-poplu f’Adrian Delia tiżdied b’7%

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ra l-fiduċja tal-poplu fih tiżdied b’7% mill-aħħar survey li sar ix-xahar li għadda mill-Maltatoday.

Is-survey juri wkoll sinjali pożittivi u inkoraġġanti għall-Partit Nazzjonalista tant li dan żied il-popolarità tiegħu b’9% oħra. Dan ifisser li f’xahar wieħed biss, il-Partit Nazzjonalista rkupra 25,000 vot.

Minn naħa l-oħra l-istess survey jgħid li Joseph Muscat f’temp ta’ xahar tilef iktar minn 3% tal-fiduċja tal-poplu Malti filwaqt li l-Partit Demokratiku ma’ rnexxielu jirbaħ l-ebda kredibbilità minkejja l-attakki kontinwi fuq il-Partit Nazzjonalista matul dan ix-xahar.

Dan is-survey qed juri biċ-ċar li l-poplu qed jifhem dejjem aktar il-messaġġ tal-Partit Nazzjonalista u tal-Kap tiegħu Adrian Delia.

Is-survey jasal ukoll ftit jiem wara t-tmiem tas-suċċess tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li kellu parteċipazzjoni qawwija taż-żgħażagħ u messaġġ qawwi ta viżjoni u tiġdid, kif ukoll ukoll maratona ġbir ta’ fondi li kienet rekord għax-xahar ta’ Diċembru u għeluq li fiha l-Partit Nazzjonalista kellu l-aqwa rekord ta’ tesserati ġodda  fl-aħħar 13-il sena.