Internazzjonali

Il-Ġappun: L-aħħar diskors tal-Imperatur qabel l-abdikazzjoni

’Il fuq minn 80,000 sellmu lill-Imperatur Ġappuniż, Akihito, waqt li hu għamel l-aħħar diskors għal għeluq sninu qabel jabdika f’April li ġej.

L-Imperatur ta’ 85 sena esprima ferħ għall-fatt li r-renju tiegħu għadda mingħajr l-involviment mill-ġdid ta’ pajjiżu fi gwerra waqt li deher emozzjonat meta rringrazzja lill-poplu u lil martu, l-Imperatriċi Michiko, għall-appoġġ tagħhom.

Akihito hu l-ewwel Re li warrab (f’ħajtu) mit-tron fi kważi 200 sena.

Hu, intant, kien għadda minn kirurġija tal-qalb u trattament għall-kanċer.

Ir-renju ta’ Akihito li dam 30 sena se jibqa’ imfakkar bħala l-era ta’ ‘Heisei’ (paċi) b’ibnu, il-Prinċep Naruhito, se jilħaq floku bħala imperatur, f’April.